L-għawwiem Amerikan Caeleb Dressel ma rnexxielhux jikkwalifika għall-kampjonati tad-dinja meta seta’ biss jikseb it-22 post fil-50m freestyle. Hu kiseb ħin ta’ 22.72 sekondi, distakkat b’1.07 mir-rebbieħ Ryan Held u distakkat b’0.59 sekondi mill-aqwa tmienja li għaddew għall-finali tal-50m freestyle.
Sentejn ilu biss Dressel rebaħ ħames midalji tad-deheb waqt l-Olimpijadi ta’ Tokyo u fil-kampjonati tad-dinja f’Budapest is-sena l-oħra Dressel rebaħ id-deheb fil-100m butterfly u fil-50m u 100m frestyle.
In-nuqqas ta’ kwalifikazzjoni ta’ Dressel għall-kampjonati ta’ din is-sena li se jsiru fil-belt ta’ Fukuoka fil-Ġappun hi meqjusa bħala sorpriża kbira.
//= $special ?>