Il-Pulizija u d-dimostranti spiċċaw mill-ġdid f’konfront ma’ xulxin wara l-ħames lejl ta’ ġlied u vjolenza f’diversi bliet madwar Franza, fosthom f’Marseille.
Diversi videos li ċċirkolaw fl-aħħar sigħat juru Pulizija jisparaw gass tad-dmugħ, waqt li oħrajn kellhom jużaw il-forza biex ixerrdu lid-dimostranti.
F’Pariġi s-sitwazzjoni kienet kemmxejn aktar kalma minħabba li ħarġu mijjiet ta’ uffiċjali ta’ Pulizija; deċiżjoni li serviet bħala deterrent għad-dimostrazzjonijiet li kienu pjanati.
L-irvellijiet madwar Franza faqqgħu wara li aktar kmieni din il-ġimgħa inqatel Nahel; żagħżugħ ta’ 17-il sena li twaqqaf waqt li kien qed isuq. Il-każ seħħ f’Nanterre, li hu subborg ta’ Pariġi.
//= $special ?>