Il-Pulizija f’Baltimore, belt ewlenija fl-Istat ta’ Maryland, qed ifittxu għal aggressuri li qatlu żewġ persuni u ħallew talanqas 30 feruti waqt sparatura li l-awtoritajiet qed jirreferu għaliha bħala ‘mass shooting event’.
L-isparatura seħħet f’neighbourhood lejn in-naħa t’isfel tal-belt u fejn kien hemm il-gruppi tan-nies preżenti għal avveniment magħruf bħala Brooklyn Day.Intant, is-servizzi tal-emerġenza li marru fuq il-post minnufih wasslu numru ta’ midruba l-isptar fejn uħud kienu dikjarati f’kundizzjoni kritika.
Filwaqt li ma ngħatawx wisq dettalji, jidher li waħda mill-maqtula kienet mara – bil-pulizija timpenja ruħha għall-investigazzjonijiet intensivi fuq il-crime scene biex isiru jafu l-iskop wara l-isparatura. Dan ukoll waqt li l-awtoritajiet appellaw għal kwalunkwe informazzjoni mingħand il-pubbliku li setgħet tgħin l-investigazzjoni.
Is-Sindku ta’ Baltimore, Brandon Scott, qal li l-awtoritajiet u l-Pulizija lokali mhumiex se jistrieħu sakemm jinqabdu l-aggressuri responsabbli. Dan waqt li ma kienx eskluż li l-qattiela ma kienu jafu lil ħadd mill-vittmi u li huma qabdu u deċidew dak il-ħin biex jisparaw fuq il-persuni innoċenti fl-inħawi.
//= $special ?>