Sewwieq żagħżugħ Olandiż ta’ 18-il sena, Dilano van’t Hoff tilef ħajtu f’inċident fiċ-ċirkwit ta’ Spa-Francorchamps.
Is-sewwieq tat-tim MP Motorsport kien qed jieħu sehem fil-Formula Regional European Championship fiċ-ċirkwit magħruf fil-Belġju.
It-tellieqa li kienet qed issir filgħodu kienet ta’ preludju għat-tellieqa ta’ 24 siegħa fuq l-istess ċirkwit.
Iċ-ċirkwit ta’ Spa-Francorchamps xejn ma kien f’aħbarijiet sbieħ fl-aħħar snin fejn erba’ snin ilu kien tilef ħajtu s-sewwieq Franċiż Antoine Hubert waqt tellieqa tl-Formula 2.
Sentejn ilu sitt sewwieqa nisa tad-W Series kellhom jingħataw il-kura wara ħabta kerha bejn diversi vetturi.
//= $special ?>