“Kont tferraħ sala, it-tbissima tiegħek m’aħna se ninsewha qatt”
Dan u aktar kienu l-kummenti fuq il-media soċjali mal-aħbar tat-telfa tal-għażiż Raymond Bone, l-attur mill-Belt Valletta, magħruf għal diversi partijiet li ħadem fuq numru ta’ sensiliet lokali.
Ray Bone twieled fit-13 ta’ Jannar fl-1957 u huwa magħruf għad-diversi rwoli li ħadem fosthom f’Deċeduti fil-parti ta’ Leli, kif ukoll, Santa Monika, Dun Benit, One Star Hotel, Ipokriti u Nostalġija.
Huwa kien magħruf sewwa wkoll qalb il-komunità Beltija partikolarment fil-klabb tal-futbol ta’ Valletta FC fejn għal numru ta’ snin kien ukoll jilgħab magħhom bħal missieru, Walter Bone.
Ray Bone miet fl-età ta’ 66 sena.
//= $special ?>

