Jirriżulta li fl-2022 kienu reġistrati total ta’ 13,657 ġdida fl-2022.
Kien id-deputat Laburista Chris Agius li staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia kemm ġew reġistrati karozzi ġodda matul is-sena 2022 xahar b’xahar.
Il-Ministru Aaron Farrugia wieġeb li f’Jannar kienu reġistrati 860 karozza ġdida, fi Frar 894 karozza ġdida, f’Marzu 1290 karozza ġdida, f’April 1216 karozza ġdida, f’Mejju 1456 karozza ġdida, f’Ġunju 1049 karozza ġdida, f’Lulju 1367 karozza ġdida, f’Awwissu 1380 karozza ġdida, f’Settembru 933 karozza ġdida, f’Ottubru 1103 karozza ġdida, f’Novembru 1070 karozza ġdida u f’Dicembru 1039 karozza ġdida għal total ta’13,657 karozza ġdida fl-2022.
//= $special ?>