Dalgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech laqgħa fl-uffiċċju tiegħu l-eks Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta, Gina Abercrombie-Winstanley li rtirat mill-irwol tagħha fil-Korp Diplomatiku nhar il-Ġimgħa li għadda.
Abercrombie-Winstanley kienet serviet bħala Ambaxxatur f’pajjiżna bejn l-2012 u l-2016.
Flimkien mal-Kap tal-PN huma tkellmu dwar ix-xogħol tagħha tul is-snin f’pajjiżna u anke dwar ġrajjiet kurrenti f’Malta u l-Istati Uniti u r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.



