Lokali Parlament

Crowdfunding services għandha tkun niċċa ġdida għall-ħolqien ta’ xogħol ta’ kwalità

Jerome Caruana Cilia, PN

Crowdfunding Services għandha tkun niċċa ġdida li permezz tiegħu noħoqlu xogħol ta’ kwalità, b’pagi li jrendu. Niċċa ġdida li permezz tagħha pajjiżna jagħti opportunità lil bosta żgħażagħ u ħaddiema, sostna fil-parlament id-deputat Nazzjonalista u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall Finanzi Jerome Caruana Cilia.

Hu qal li l-pjattaformi ta’ crowdfunding huma websites li jippermettu interazzjoni bejn dawk li jiġbru fondi u n-nies; jigiferi dawk li se jkunu qed jagħtu l-fondi. Financial Plegdes jistgħu jsiru u jinġabru permezz tal-pjattaforma tal-crowdfunding platform.

Dawk li jiġbru l-fondi ġeneralment jiġu ċċarġjati miżata minn crowdfunding platforms jekk il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi tkun irnexxiet. Min-naħa l-oħra, il-pjattaformi ta’ crowdfundinghuma mistennija li jipprovdu servizz ssigur u faċli biex wieħed jużah.

Caruana Cilia appella u insist mal-Gvern biex ma jitlifx din l-opportunità li nkabbru din in-niċċa ekonomika f’pajjiżna. Għandna niffukaw li jkollna l-aħjar environment fir-rigward ta’ crowdfunding service providers. Barraminnhekk, servizzi ta’ crowdfunding jistgħu potenzjalment iġibu industriji oħra f’pajjiżna. Din l-opportunità għandha tkun ta’ impetus, ta’ katalista biex nattiraw investiment dirett barrani serju u ta’ livell.

Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia qal li pajjiżna jista’ jkun hub għal start-ups. “Filwaqt li sar xi xogħol dwar dan, żgur li fadal ħafna u ħafna xi jsir. F’dan il-kuntest ukoll ninsiti biex jingħata t-taħriġ li hemm bżonn. Ejja naraw li l-aspett edukattiv jingħata l-importanza ħalli veru din l- opportunità nagħmluha realtà”, sostna d-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.

Hu insista biex nagħtu nifs ġdid lil bosta impredituri, partikolarment żgħażagħ, li jridu jibdew start-up u jagħżlu li jagħmel dan permezz ta’ crowdfunding.