Sport Sport Ieħor

Darts: Ħamrun Bayern isaħħu posthom fil-quċċata ta’ Grupp A

Tliet timijiet kisbu rebħiet meta intlagħbet ir-raba’ ġurnata tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-Malta Darts Association.

Ħamrun Bayern saħħew posthom f’ras il-klassifika ta’ Grupp A wara li għelbu lil Fgura Maypole 6-0. Huma għandhom tliet punti vantaġġ fil-klassifika fuq l-eqreb rivali Birgu Boċċi Club fejn dawn tal-aħħar lgħabu partita anqas.

F’logħba oħra mill-istess grupp, PO’s Bar Gudja ħadu l-ewwel rebħa f’dan it-turnament meta bi skor ta’ 6-0 għelbu lil Leah’s Bar sabiex qabżuhom fil-klassifika.

Fl-unika partita li ntlagħbet minn Grupp B, Team A Fgura iddominaw u għelbu lil Juventutis Domus 6-0. Din ir-rebħa għenet lill-Fgura biex jitilgħu fl-ewwel post filwaqt li Floriana Premier CC jinsabu tliet punti taħthom iżda lgħabu partita anqas.