Liverpool komplew isaħħu nofs il-grawnd bl-akkwist ta’ Dominik Szoboszlai mingħand Leipzig.
L-internazzjonali Ungeriż sewa £60 miljun wara li Liverpool qablu għall-klawżola ta’ rilaxx tiegħu. Huwa ffirma kuntratt ta’ ħames snin suġġett li jingħata permess ta’ work permit biex jilgħab fir-Renju Unit.
“Għalija kienet perfetta li nagħmel il-pass li jmiss fi klabb bħal dan. Il-partitarji, l-istadium, kollox huwa tassew tajjeb,” qal Szoboszlai.
Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp ppjana li jsa]]a] il-midfield tiegħu wara l-kampanja diżappuntanti tal-istaġun li għadda, li rat lit-tim tiegħu jitlef post fiċ-Champions League għall-ewwel darba f’seba’ snin u jonqos milli jirbaħ trofew.
Szoboszlai, ta’ 22 sena, isegwi l-akkwist tar-rebbieħ Arġentin tat-Tazza tad-Dinja Alexis Mac Allister, li ħalla lil Brighton għal £35 miljun ix-xahar li għadda.
Klopp kellu bżonn issaħħaħ dan id-dipartiment wara t-tluq ta’ James Milner, Naby Keita u Alex Oxlade-Chamberlain.
Fabio Carvalho ingħaqad ukoll ma’ Leipzig b’self għal staġun.
Liverpool kienu qed jimmiraw ukoll għal Jude Bellingham, li ngħaqad ma’ Real Madrid mingħand Borussia Dortmund għal $110 miljun ix-xahar li għadda. Kienu wkoll interessati f’Mason Mount, li se jingħaqad ma’ Manchester United mingħand Chelsea.
Szoboszlai ingħaqad ma’ Leipzig mingħand Salzburg fl-2021 fejn għamel 92 dehra u skorja 20 gowl. Il-midfielder versatili, li jista’ jilgħab f’diversi pożizzjonijiet, kien ukoll fil-mira tar-rivali ta’ Liverpool fil-Premier League, Newcastle.
Szoboszlai lagħab 32 darba mal-Ungerija u nħatar captain is-sena l-oħra.
//= $special ?>