Lokali

Ħadd ma huwa qed jeskludi li Joseph Muscat wettaq frame-up fuq Chris Fearne

Ħadd mill-Gvern ta’ Robert Abela jew saħansitra mill-Partit Laburista għadu ma ċaħad l-allegazzjoni li wettaq l-awtur Mark Camilleri; ċioè li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed iwettaq frame-up fuq id-Deputat Prim Minsitru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.

Xahar wara li ġiet irrapportata din l-allegazzjoni mill-aktar serja, l-ebda esponent Laburista għadu ma ċaħad il-possibilità ta’ dan il-frame-up …jew iddeċieda jiddefendi jew jeskludi li Muscat kien wara dan l-attakk fil-konfront ta’ Fearne. Bl-allegazzjonijiet ikompli joħorġu fil-beraħ il-qasma li hemm preżentament fil-Labour.

It-Tnejn waranofsinhar Net News staqsa lill-Ministru Clayton Bartolo dwar dan kollu.

L-aħħar li Bartolo ltaqa’ ma’ Muscat kien proprju waqt l-aħħar laqgħa tal-PAC, u għaldaqstant staqsejnihx jekk lemaħx xi ħaġa insolità f’Joseph Muscat jew jekk jeskludix li għandu x’jaqsam ma’ frame-up fuq Fearne…..bil-Ministru però fl-ebda mument m’azzarda jiddefendi lill-eks Mexxej tiegħu.

Il-Ministru baqa’ ma tax risposta ċara, lanqas meta erġajna saqsejnih id-domanda….l-istess aġir tal-Prim Ministru Robert Abela li fil-jiem li għaddew l-aljiev ċaħad lil predeċessur tiegħu tal-inqas tlett darbiet grazzi għal silenzju li jtarrax kull darba li staqsejnih jekk jeskludix li Muscat qed jitfa t-tajn fuq Fearne.

Dwar dan kollu diġà staqsejna lil Ministru Chris Fearne nnifsu fejn filwaqt li qal li għandu idea min jista jkun wara dawn l-allegazzjonijiet…fl-ebda mument ma eskluda li Muscat qed jiprova jwettaq frame-up fuqu u insista li ż-żejt għad jitla f’wiċċ l-ilma

Ix-xahar li għadda Carmen Ciantar saħqet li l-forzi tad-dlamijiet qed jaħdmu frame-up fuq Fearne billi jużaw lilha u lil bintha, filwaqt li meta ġiet mistoqsija minn Net News jekk teskludix li dan l-aġir qed jitwettaq mill-kamp Laburista stess… hija kienet għażlet li ma tweġibx.