Lokali

Ikomplu l-attakki kontra Isabelle Bonnici

Hekk kif Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia, irċeviet numru ta’ kummenti ħorox fuq il-medja soċjali talli sempliċiment waħlet banner biex tfakkar li għadha ma saritx ġustizzja għal binha, hi reġgħet kienet fil-mira ta’ dawn il-kummenti.

F’post fuq Facebook, żgħażugħ ikkummenta dwar dawn l-attakki lejn Isabelle, u stqarr li dawn il-kummenti juru kif hemm min qiegħed jipprova jwaqqaf milli toħroġ il-verita. Hu kompla jgħid li din mhijiex sitwazzjoni politika, iżda sitwazzjoni fejn omm qed tipprova ġġib ġustizzja għal binha li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol.

Hekk kif daqt ser ikun hemm vot dwar l-inkjesta pubblika, iż-żgħażugħ staqsa lil Membri Parlamentari kollha x’ser jivvutaw, sabiex iqajjem kuxjenza dwar din is-sitwazzjoni.

Kull min jixtieq jagħti donazzjoni għal din il-kawża jista’ jidħol f’din il-link: https://gogetfunding.com/justiceforjeanpaulsofia/