Il-Gvern qassam ‘il fuq minn €425,000 f’direct orders mingħajr ma ħareġ tenders għalihom. Direct orders li fil-maġġoranza tagħhom ngħataw lill-operaturi magħrufa li huma qrib sew tal-Partit Laburista.
Dawn id-direct order ngħataw biex issir Il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2022, ġimgħa li tagħti ġieħ lix-xogħol tal-uffiċjali pubbliċi u l-ħidma tas-Servizz Pubbliku.
Dan ikkonfermawh figuri ppublikat fil-gazzetta tal-Gvern fejn juru li l-Uffiċju tal-Prim Ministru, li responsabbli tiegħu hu Robert Abela, ta xejn inqas minn 11-il direct orders lil diversi kumpaniji biex iwettqu servizzi għall-attivitajiet marbuta ma’ din il-ġimgħa… b’erba’ mill-kumpanija huma magħrufa sew li jgħinu lill-Partit Laburista fil-loġistika u servizzi oħra biex jittellgħu r-rallies u mass meetings tal-Labour.
Madanakollu, l-ebda minn dawn id-direct orders ma ġew ippublikati bħala tender fuq is-sit tal-Gvern biex wieħed ikun jista’ japplika għalihom, kif inhi l-proċedura għal direct orders li ma jkunux ta’ emerġenza.
//= $special ?>