Lokali Parlament

Il-pajjiż għandu jirrikonoxxi iżjed lill-youth u lis-social workers

Justin Schembri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri appella fil-parlament biex ir-rwol tant importanti tal-youth workers u tas-social workers ikun rikonoxxut iżjed.

Justin Schembri qal li l-emendi se jagħtu l-opportunità li iktar profesjsonisti jsiru youth wokers u sostna li l-youth workers u social workers għadhom rwol importanti ħafna fis-soċjetà u fl-edukazzjoni.

Hu sostna li ż-żgħażagħ m’għandhomx bżonn biss l-edukazzjoni formali iżda għandhom bżonn l-edukazzjoni informali wkoll. Dan għaliex is-suċċess edukattiv jiddependi fuq ħajja sana u fuq opportunitajiet minn dawk ta’ madwar iż-żgħażagħ.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li ħafna miċ-ċikostanzi tal-istudenti ma jinqabdux mill-għalliema u għalhekk ir-rwol tal-youth workers u tas-social workers għandu jkun inċentivat għaliex huma jkunu qed jgħinu lil dawn l-istudenti fl-isfidi tagħhom.

Justin Schembri qal li l-edukazzjoni ma titkejjilx biss bis-suġġetti akkademiċi u appella biex ma jintilfux studenti fil-proċess tal-edukazzjoni. Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-warrants tal-youth workers u l-Learn Support Educators li kienu mwiegħda li se jingħataw il-warrants iżda jidher li dan hi biss retorika li ma twassal imkien.