In-nanna taż-żagħżugħ ta’ 17-il sena, Nahel talbet lid-dimostranti għall-kalma fid-dawl tal-protesti ma jaqtgħu xejn li qed iseħħu fi Franza. Protesti li wasslu għall-arrest ta’ ‘l fuq minn 3,000 arresti mill-bidu tagħhom s’issa.
Il-qraba qed jakkużaw lid-dimostranti li qed jużaw il-qtil taż-żagħżugħ bi skuża biex iqajmu il-vjolenza u l-ġlied.
Mijiet ta’ pulizija u membri tal-protezzjoni ċivili sofrew minn ġrieħi kawża tal-vjolenza fit-toroq Franċiżi. Bil-protesti eskalaw tant li id-dimostranti spiċċa jqabbdu l-karozzi bin-nar u jkissru l-ħwienet.
//= $special ?>