Illum tibda l-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’ taħt id-19-il sena, li se jsir hawn Malta mil-lum sas-16 ta’ Lulju. Dan se jkun l-iktar avveniment importanti ta’ futbol li se jkun organizzat f’Malta wara li fl-2014 kien organizzat il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-17-il sena.
Fi Grupp A, minnbarra t-tim nazzjonali Malti li kkwalifika awtomatikament bħala pajjiż organizzatur, ikkwalifikaw ukoll l-Italja, il-Polonja u l-Portugall filwaqt li fi Grupp B hemm il-Greċja, l-Iżlanda, in-Norveġja, u Spanja. Il-polza ta’ kif inqasmu it-tmien timijiet f’żewġ gruppi ta’ erbgħa saret nhar l-Erbgħa 19 ta’ April fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta.
L-ewwel ġurnata se tintlagħab fit- 3 u 4 ta’ Lulju. Minn Grupp A fit-Tony Bezzina Stadium : Polonja vs Portugall fis-6pm u fid-9pm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Malta vs Italja. Fl-4 ta’ Lulju minn Grupp B, żewġ partiti fis-Centenary Stadium, Norveġja vs Greċja u Iżlanda vs Spanja.
It-tieni ġurnata tintalgħab fis-6 u 7 ta’ Lulju, u tielet ġurnata fid-9 u 10 ta’ Lulju. Iż-żewġ semifinali se jintlagħbu fit-13 ta’ Lulju u l-finali fis-16 ta’ Lulju. Il-partiti se jintlgħabu, l-Istadium Nazzjonali, is-Centenary Stadium, it-Tony Bezzina Stadium u l-Gozo Stadium.
Iż-żewġ ambaxxaturi ta’ dan it-tournament huma Michael Mifsud, leġġenda tal-futbol Malti li lagħab 143 u skorja 42 gowl mat-tim nazzjonali, u Joseph Mbong, plejer ta’ Ħamrun Spartans u tat-tim nazzjonali li s’issa lagħab 46 logħba mat-tim nazzjonali u kien ukoll parti mill-iskwadra Maltija tal-U-17 tas-sena 2014.
//= $special ?>