Lokali

Jinġabru €366,817 waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

Inġabru totali ta’ €366,817 waqt it‑53 siegħa tal‑Maratona tal‑Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li bdiet fis-sitta tal-Ġimgħa filgħaxija u spiċċa f’nofsillejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.

B’kollox ħadu sehem 40 player, li ffurmaw ħames timijiet, b’logħob kontinwu anke matul l-iljieli.

Id-Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, Fr. Martin Micallef irringrazzja lill‑poplu Malti u Għawdxi, li għal darba oħra wieġeb b’tant ġenerożità għas‑sejħa li saret biex jinġabru l‑fondi għad‑Dar.

Waqt l-istess attività, grupp ta’ atleti Sloveni, uħud minnhom persuni b’diżabilità, ħadu sehem fil‑logħob ta’ sitting volleyball li sar għall‑ewwel darba fid‑Dar tas‑Siġġiewi.

Minbarra l‑40 player li kienu l‑protagonisti ewlenin ta’ din il‑Maratona, kien hemm ukoll madwar 200 voluntier.