Hekk kif ġew fi tmiemhom il-European Games 2023, il-Ħadd saret iċ-Ċerimonja tal-Għeluq tat-tielet edizzjoni ta’ dawn il-logħob.
Il-bliet ta’ Krakow u Malopolska fil-Polonja laqgħu 7000 atleta minn 47 pajjiż fl-Ewropa fi programm ta’ Logħob li kien jiġbor 28 dixxiplina.
Spiros Capralos, President tal-Kumitati Olimpici tal-Ewropa, filwaqt li ddiskriva din l-edizzjoni tal-Logħob bħala success kbir, ikkummenta li kien għaqli meta ttieħdet id-deċiżjoni li atleti mir-Russja u l-Belarus ma jitħallewx jipparteċipaw. Il-Polonja bħala pajjiż organizattiv kien il-pajjiż li minn meta bdiet il-gwerra fuq l-Ukrajna laqa’ l-akbar ammont ta’ refuġjati Ukreni.
Mill-pajjiżi li ħadu sehem 41 pajjiż rebaħ xi midalja .
L-Italja rebħet l-akbar ammont b’35 tad-deheb, 26 tal-fidda u 39 tal-bronż filwaqt li Spanja u l-Ukrajna rebħu 21 deheb kull wieħed, bi Spanja fit-tieni post bi 17 fidda u 18 bronż kontra t-12 -il midalja tal-fidda u 8 tal-bronż tal-Ukrajna. Il-Ġermanja temmet fir-raba’ post b’20 midalja tad-deheb, 16 fidda u 17 bronż.
//= $special ?>