Futbol Sport

EURO 2023 U/19 – Grupp A: Il-Portugall jiksbu rebħa komda b’gowl f’kull taqsima

(Ritratt: Martin Agius)

Rowen Camilleri

POLONJA…………0

PORTUGALL…….2

Polonja: O. Zych, D. Bugaj (D. Biniek 69’), W. Matyjewicz, M. Matysik, I. Drapinski (W. Smolinski 80’), J. Lewicki (M. Brzozowski 69’), M. Kowalczyk (I, Strzalek 58’), A. Kozubal (I. Kaczmarski 59’), K. Urbanski, J. Majchrzak, T. Pienko

Portugall: G. Ribeiro, G. Esteves, A. Ribeiro, G. Bras, M. Maqrues, D. Prioste (J. Goncalves 85’), Y. da Rocha (N. Felix 46’), G. Sa (S. L. Carvalho 67’), H. Felix, R. Ribeiro (H. Nabian 85’), C. Borges (M. Fale 75’)

Imwissija: Y. da Rocha 42’, G. Sa 44’, N. Felix 54’ (POR), I. Drapinski 45’, A. Kozubal 56’ (POL)

Skorjaw: G. Bras 4’, H. Felix 60’ (POR)

Referee: Juxhin Xhaja (ALB)

Assistenti Referees: Dojando Myftari (ALB) u Rafael Morim (LUX)

Fl-ewwel logħba minn Grupp A, il-Portugall ma’ ddiżappuntawx u bdew b’rebħa, meta fit-Tony Bezzina għelbu lil Polonja bl-iskor ta’ 2-0.

Il-Portugiżi kellhom bidu mill-aqwa u wara biss erba’ minuti marru minn fuq meta kien free-kick mogħti minn Hugo Felix li l-kross tiegħu sab lill-plejer ta’ Porto B Gabriel Bras li b’daqqa ta’ ras għeleb għal kollox lil Zych.

Il-Portugall ikkontrollaw tajjeb matul l-ewwel taqsima u rnexxielhom iżommu l-vantaġġ biex daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ pjuttost l-istess u mas-siegħa logħob il-Portugiżi saħansitra irdoppjaw u ssiġillaw it-tliet punti meta l-awtur tal-ewwel gowl Hugo Felix ħarab lid-difiża u b’xutt minn ġol-kaxxa ma ta l-ebda ċans lil Oliwier Zych.

Minkejja l-isforzi tal-Pollakki, l-iskor baqa’ ma nbidilx u l-ewwel tliet punti ta’ din il-kompetizzjoni jmorru għand il-Portugall, wieħed mill-favoriti ta’ dawn il-kampjonati.

(Ritratt: Martin Agius)