Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Fit-3 ta’ Lulju Għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn trakk tal-għamla Iveco misjuq minn raġel ta’
31 sena min Ħal Għaxaq u vann tal-għamla Toyota Hi Ace misjuq minn raġel ta’ 73 sena mill-Qrendi.

Il-passiġġier fil-vann, raġel ta’ 22 sena mis-Siġġiewi, sofra xi ġrieħi u ngħata l-għajnuna minn tim mediku li kien fuq il-post. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.