Lokali Qorti

Seba’ xhur ħabs wara li ħebb għal pulizija

Żagħżugħ ta’ 22 sena ġie kkundannat 7 xhur ħabs talli ħebb għal-Pulizija wara li staqewh biex jersaq minn ħdejn in-nar tal-art.

Dan seħħ fil-11 ta’ Ġunju f’Ħaż-Żebbuġ, fejn iż-żagħżugħ hedded u rreżista spettur u 4 kuntistabbli tal-Pulizija, filwaqt li weġġa’ wieħed li wieħed mill-pulizija.

Il-provi wrew li l-pulizija staqsewh biex jersaq minn ħdejn il-logħob tan-nar tal-art, u meta m’obdiex u beda jirreżisti, hu ġie arrestat u ttieħed l-għassa.

Iż-zagħżugħ qal li hu ma tantx jiftakar x’ġara, u sostna li jiddispjaċih għal dak li għamel. Mill-provi deher ukoll illi l-akkużat kien xurban, hekk kif waqt li kien qed jiġi kkurat, beda joħroġ likwidu minn ħalqu u bdew jitqalbu għajnejh.

Il-Maġistrat Joseph Gatt qal li l-aġir tiegħu kien aggressiv fil-konfront tal-pulizija, b’hekk ikkundannah seba xhur ħabs, filwaqt li ġie ordnat iħallas multa ta’ €4,500.