Lokali Parlament

Tas-Sliema tinsab li stat diżastruż

Graham Bencini, PN

Id-deputat Nazzonalista Graham Bencini qal fl-Aġġornament tal-parlament li Tas-Sliema tinsab fi stat diżastruż b’diversi xogħolijiet ta’ toroq li ilhom xhur twal beix jitlestew.

Graham Bencini qal li f’Tas-Sliema kien hemm problemi ta’ żbroff ta’ drenaġġ f’diversi żoni fosthom Qui-si-sana. Hu sostna li anki din is-sena hemm l-istess problema f’Font Għadir iżda l-awtoritajiet m’humiex f’pożizzjoni li jispeċifikaw kemm se ddum din il-kontaminazzjoni.

Id-deputat Nazzonalista tkellem dwar il-periklu tal-pedamenti fi Qui-si-sana u sostna li s’issa l-gvern mhux qed jagħti dettalji dwarha. Hu staqsa jekk sarux studji dwar dawn il-pedamenti fil-promenade u jekk hemm periklu, x’azzjoni se tittieħed. Id-deputat Nazzjonalista staqsa meta se jinbidel il-ħadid tal-promenade f’Tas-Sliema li ilu imsaddin xhur u meta se jinbidlu l-fanali li jinsabu fi stat diżastruż.

Hu semma’ x-xogħliiet fi Triq il-Kbira f’Tas-Sliema u qal li din ilha maqlugħa għal xhur wara xhur. Din hi triq ta’ 30 metru li llum tinsab fi stat diżastruż fejn ir-residenti ilhom jgħixu fi stat diffiċli u qed ikollhom ħsarat fil-propjetà tagħhom.

Ħadd mhu jieħu responsabbiltà ta’ dawn ix-xogħlijiet, sostna Graham Bencini, li qal li f’din it-triq jgħixu numru ta’ anzjani. Hu staqsa kemm se jdumu r-residenti jgħixu f’din is-sitwazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa kemm se jdum l-istorbju fil-promenade ta’ Tas-Sliema u qal li r-residenti ilhom żmien twil jagħmlu rapporti dwar storbju kbir quddiem ir-residenzi. Ħadd ma jieħu azzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li l-pulizija qed jgħidu li lanqas huma ma jistgħu jieħu azzjoni.

Graham Benicni qal li kulħadd qed jagħmel li jrid f’dan il-pajjiż bil-gvern ma jinteressahx minn dawn ir-residenti.