Lokali Parlament

Trawma kbira għall-anzjani fid-Dar ta’ Bormla minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fl-Aġġornament tal-parlament li minħabba nuqqas ta’ ippjanar u konsultazzjoni, l-anzjani fid-Dar għall-Anzjani ta’ Bormla għaddew minn trawma kbira minħabba li kellhom jinaħarġu mill-post.

Paula Mifsud Bonnici tkellmet dwar id-Dar għall-Anzjani ta’ Bormla u qalet li għal ħafna anzjani li kienu f’din id-dar, il-każ mhux magħluq, kif qal il-Ministru għall-Anzjani. Hi sostniet li l-gvern m’avżax lill-anzjani li se jinħarġu mid-dar u qalet li l-gvern kien fi stat ta’ paniku meta qallhom biex joħorġu mid-dar.

Minkejja l-għażla li ta l-gvern lil dawn l-anzjani, huma ma marrux fil-postijiet fejn verament xtaqu. Kien hemm anzjani li għamlu diversi preferenzi tagħhom iżda ma marrux fejn għażlu.

Dawn l-azjani kienu trattati qishom oġġetti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-kwistjoni ma kinitx waħda ta’ periku mil-konkos għaliex ir-rapprti kienu jmorru għal sentejn ilu.

Minkejja dan, l-anzjani tħallew f’dik id-dar u ma nħarġux, sosniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat lill-gvern biex ma jerġax isir żball ieħor kif sar f’dan il-każ tad-Dar għall-Anzjani ta’ Bormla. L-akbar żball kien li l-anzjani ma kinux informati dwar x’se jsir minnhom, sostniet id-deputat Nazzjonalista.