Lokali Parlament

Xogħol bla ppjanar f’Birżebbuġa joħloq problemi għar-residenti

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fl-Aġġornament tal-parlament li xogħol bla ippjanar f’Birżebbuġa qedjoħloq problemi għar-residenti.

Stanley Zammit tkellem dwar Birżebbuġa u qal li ż-żewġ entraturi tal-lokal huma effettwati minn proġetti li qed jimblukkaw id-dħul u l-ħruġ bi proġetti ta’ toroq li ilhm għaddejjin għal perjodu twil.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm nuqqas ta’ ippjanar kbir f’dawn iż-żoni fejn il-pubbliku hu ffaċċjat min-nuqqas ta’ informazzjoni. Hu semma’ wkoll toroq f’Bengħajsa u qal li ilha sena biex issir biex ingħadda drenaġġ għal erbat idjar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern dam sitt xhur biex induna li fuq Għar Ħasan hu sit sensittiv. Hu kompla li l-gvern wieħed li x-xogħlijiet se jkunu lesti sa Ġunju iżda issa f’Lulju x-xogħijiet għadhom mhux lesti. Dan hu gvern dilettantesk bla ippjanar ta’ xejn.

Hu semma’ t-telqa f’Birżebbuġa u qal li l-kunsill lokali tal-lokal qed jonfoq eluf ta’ ewros għat-tindif iżda hemm problemi f’kull triq. Id-deputat Nazzjonalista kompla li Triq Despott tħalliet mhux lesta.

Dwar l-għaqdiet volontarji tal-festi, Stanley Zammit appella lill-gvern biex dawn jingħataw l-importanza li tixirqilhom u biex il-gvern jikkunsidra kif għandu lil dawn l-għaqdiet li qed jonfqu somom kbar biex jagħmlu l-festi. Il-fatti huma li dawn l-għaqdiet qed iħallsu ammonti kbar ta’ taxxa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella beix l-iskemi jkunu kkunsidrati għall-benefiċċju ta’ dawn l-għaqdiet.