Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Jasper Philipsen jirbaħ it-tielet tappa tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Fit-tielet ġurnata tat-Tour de France fuq distanza ta’ 193.5 kilometri bejn Amorebieta Etxano sa Bayonne, suċċess għall-Belġjan ta’ Alpecin, Jasper Philipsen li fi sprint fuq aktar minn għaxar ċiklisti daħal f’4 sigħat 43 minuta u 15-il sekonda.

Fil-postijiet warajħ kollha bl-istess ħin Phil Bauhaus tal-Ġermanja għal Bahrain Victorious, l-Awstraljan Caleb Ewan ta’ Lotto Dstny, Fabio Jakobsen tal-Olanda għal Sundial Quick Step, Wout Van Aert tal-Belġju għal Jumbo Visma u l-Britanniku Mark Cavendish għal Astana Qasaqstan Team.

Fil-klassifika ġenerali għadu fl-ewwel post il-Britanniku Adam Yates għal UAE Team Emirates bi 15 -il siegħa 52 minuta u 53 sekonda, b’distakk vantaġġ ta’ sitt sekondi fuq is-Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates.

Ir-raba’ stadju huwa fir-rotta bejn Dax sa Nogaro fuq distanza ta’ 182 kilometru.