Hamrun Spartans ħabbru uffiċjalment l-akkwist tal-goalkeeper ta’ esperjenza Federico Marchetti, li jasal f’pajjiżna wara esperjenza ta’ diversi snin fis-Serie A.
Minkejja spekulazzjoni oħra, il-paġna ta’ Replay fuq Facebook dejjem irrimarkat li Federico Marchetti kien l-ewwel priorità tal-klabb Ħamruniż.
Il-goalkeeper ta’ 40 sena jasal f’pajjiżna wara snin twal ta’ esperjenza fl-għola diviżjoni tal-futbol Taljan, waqt li fl-istaġun li għadda kien parti mill-iskwadra ta’ Spezia Calcio.
Marchetti lagħab ukoll 11-il darba mat-tim nazzjonali Taljan.
//= $special ?>