Lokali

Grupp ta’ studenti se jirrapreżentaw lil Malta fit-Turkija

Ir-rebbieħa tal-unuri organizzati mill-Fondazzjoni Junior Achievement Young Enterprise Malta iltaqgħu mal-kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fid-Dar Centrali, fejn kellhom l-opportunita jippreżentaw il-proġetti tagħhom.

L-istudenti ta’ San Alwiġi ippreżentaw flixkun li jesa żewġ litri; proġett bit-titlu h2Lo.

L-għan wara dan il-flixkun hu sabiex bniedem li suppost jixrob żewġ litri ilma kuljum iservih biex jiftakru jixorbu l-ilma kollu.

Dan il-flixkun qiegħed jinbiegħ mill-istess studenti, u fl-ewwel xagħrejn nbigħu ‘il fuq minn 500 flixkun.

L-istudenti ddeskrivew kif huma għamlu l-bejgħ billi tellgħu stands f’postijiet popolari – fosthom max-xatt ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan, kif ukoll ikkolaboraw ma’ personalitajiet Maltin bħall-kantanti Ira Losco u Destiny. Huma wkoll ippromovew il-prodott fuq il-mezzi soċjali bħal Facebook, Instagram, TikTok, kif ukoll il-websites tagħhom stess.

L-istudent ta’ St Martins Institute minn naha taghhom ħarġu bil-proġett Mosaic, fejn ikkreaw hoodie li fiha diversi patches li jingħalqu. Dan sabiex il-pazjenti li jkunu għaddejjin min xi tip ta’ trattament l-isptar – u jkollom bżonn ineħħu l-flokk għall-kura – ma jkunx meħtieġ ineħħu l-flokk biex jieħdu t-trattament. U b’hekk ikunu jistgħu jibqgħu komdi, specjalment fix-Xitwa.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Junior Achievement Young Enterprise Malta Matthew Caruana semma kif għal inizjattiva bħal din, li ilha għaddeja mill-1989, jeħtieġ serjeta kbira min naħa tal-parteċipanti, u dan kollu jgħin sabiex l-istudenti jesperimentaw b’ħiliet diffferenti u jitgħallmu affarijiet ġodda.

Meta ż-żgħażagħ ġew mistoqsija minn Bernard Grech dwar x’tgħallmu mill-proġetti rispettivi, huma semmew fost l-oħrajn li aprezzaw aktar kif iqassmu l-ħin tagħhom aħjar u kif irnexxielhom isaħħu l-kommunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom anke f’sitwazzjoijiet fejn huma ma qablux.

Dawn iż-żewġ gruppi rebħu l-unuri rispettivi f’Mejju li għadda, u aktar tard f’Lulju se jmorru it-Turkija biex jirrapreżentaw lil Malta bil-prodotti tagħhom.