Neil Camenzuli
NORVEĠJA……..5
GREĊJA…………..4
Norveġja: M.Ree, D.Murugesapillai, N.Hopland, A.Roaldsoy (H.Bruseth 62’), N.Odegard (S.Aas 46’) , E.Flataker (B.Faraas 46’), O.Braude, S.Haram (R.Holten 46’) , H.Skogvold, D.Bassi (A.Anndresen 46’), O.Sivertsen
Greċja: D. Monastirlis, C.Georgiadis, N.Deligiannis, A.Prodomitis, A.Kalogeropoulos, Z.Tsikos (K.Gkoumas 60’) , D.Kottas (C.Stravropoulos 46’) D.Symeonidis, A.Gkolfinos (G.Kyriopoulos 61’), N.Spyrakos, I.Gkitersos (S.Tzimas 46’)
Imwissija: A.Gkolfinos 42′, D.Kottas’43, A.Symeonidis 53’ , K.Ghoumas 75′ (GRE)
Skorjaw: A.Roaldsay 6’ , N.Odegard 15’ 45’, E.Flatakar 18’, H.Skogvold 36’ (NOR), S.Tzimas 51’ 81’, C.Stavropoulos 80’, A.Kalogeropoulos 90′ (GRE)
Referee: Joonas Jaanovits (EST)
Assistenti Referees: Aron Harsing (EST), Robert Kempter (EST)
Ħames gowls fl-ewwel taqsima għan-Norveġja ssiġillaw ir-rebħa tant importanti fl-ewwel partita tagħhom fil-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena, minkejja l-erba’ gowls skurjati mill-Griegi fit-tieni taqsima li kienu biss ta’ konsolazzjoni.
In-Norveġiżi fetħu l-iskor wara biss ħames minuti logħob permezz ta’ daqqa ta’ ras minn ftit metri l’bogħob mill-lasta tal-midfielder ta’ Atalanta Alwande Roaldsey minn suġġeriment ta’ Sivertsen.
Il-Greċja kważi kisbu d-draw ftit minuti wara permezz ta’ kontratakk veloċi ta’ Symeondis li sab lil Gkitersos, iżda l-konklużjoni tal-attakkant ta’ PAOK ma kienitx tajjeb biżżejjed u l-goalkeeper Ree evita l-periklu bla ebda diffikultá.
In-Norveġiżi rduppjaw l-iskor wara kwarta logħob minn freekick indirett minn ġewwa l-kaxxa l-kbira li wasal minn backpass ta’ Georgiadis lejn il-goalkeeper Monastrilis. Din id-darba Niklas Odegard kien l-awtur tal-gowl li xeħet fir-rokna ta’ fuq tal-lemin u kompla jkabbar il-vantaġġ għal pajjiżu.
It-tielet gowl għan-Norveġja wasal 3 minuti wara permezz tal-attakkant Erik Flataker li għeleb lil Monastirlis minn kross preċiż ta’ Skogvold minn naħa tal-lemin.
Il-Griegi għat-tieni darba fil-partita ġew miċħuda minn possibiltà ta’ gowl fil-25 minuta hekk Oliver Braude tilef il-pusses tal-ballun u l-attakkant Grieg Spyrakos ma ħasabiex darbtejn sabiex jittanta xortih minn barra l-kaxxa u jolqot il-minduda.
Fil-34 minuta azzjoni oħra għal Griegi b’din id-darba Kottas jipprova jiftaħ l-iskor għal pajjiżu permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin bil-goalkeeper Ree jitfa’ barra.
B’xortihom ħażin l-Griegi sofrew gowl ieħor ftit sekondi wara minkejja l-pressjoni li tefaw fuq l-avversarji, b’din id-darba Henrik Skogvold jegħleb lil Monastrilis b’xutt baxx fir-rokna tal-lemin minn pass twil tad-difensur ċentrali Hopland.
Żball ieħor mid-difiża Griega li wassal għal ħames gowl tat-tim Norveġiż, b’ Niklas Odegard jikseb id-doppjetta personali tiegħu ftit mumenti qabel tmiem l-ewwel taqsima b’konklużjoni faċli wara li l-ewwel konklużjoni ġiet salvata minn Monastrilis.
Minkejja l-isforzi tat-tim Grieg, in-Norveġiżi urew dominanza assoluta quddiem il-lasta tal-avversarji tagħhom, b’ħames gowl minn seba’ xuttijiet fil-lasta fl-ewwel taqsima.
Għall-kuntrarju ta’ l-ewwel taqsima, bidu tajjeb għal Griegi fit-tieni taqsima hekk kif fit-52 minuta skurjaw l-ewwel gowl tagħhom fil-partita permezz tas-sostitut Stefanos Tzimas minn azzjoni personali mix-xellug ta’ Gkolfinos.
Il-Griegi komplew jattakkaw minn naħa tax-xellug permezz ta’ Tzimas li pprova jsib ix-xibka għat-tieni darba, b’din id-darba minn barra l-kaxxa, iżda l-konklużjoni tiegħu tmur ftit barra.
Christas Stravropoulous skurja t-tieni gowl għal Griegi sabiex ikompli jnaqqas id-distakk meta għeleb lil goalkeeper Ree b’konklużjoni mill-viċin.
Ftit sekondi wara l-Griegi ħasdu lill-avversarji tagħhom għal darb’oħra b’Stefanos Tzimas jerġa’ jsib ix-xibka u jkompli jagħti t-tama lil pajjiżu.
Il-Griegi skurjaw ir-raba’ gowl tagħhom ftit sekondi qabel l-aħħar sufara minn korner mogħti minn Gkoumas li sab fit-tarf tiegħu lil captain Alexios Kalogeropoulos li xeħet ġewwa permezz ta’ daqqa ras.
It-tieni taqsima iktar kwieta għan-Norveġiżi hekk kif iffukkaw fuq il-pussess tal-ballun, filwaqt li t-tim Grieg jilagħbu iktar il-logħba tal-kontrattakk fejn saħansitra sabu x-xibka f’erba’ okkażjonijiet. B’dan ir-riżultat in-Norveġiżi jinsabu f’pożizzjoni favorevoli sabiex jagħmluha għar-rawnd li jmiss, filwaqt li l-Greċja qed jittamaw li jaħsdu lill-avversarji tagħhom il-Ġimgħa li ġejja f’partita diffiċli kontra l-qawwa ta’ Spanja.
//= $special ?>