Neil Camenzuli
IŻLANDA……..1
SPANJA………..2
Iżlanda: L.Peterson, H.Karisson, A.Gislason (D.Kristjansson 58’), L.Robertsson, P.Antonsson (A.Adalsteinsson 46’) , B.Brynjolfsson, G.Thordarson, A.Birgisson, E.Gudmundsson (R.Porkelsson 80’) , G.Nokkvasson (H.Haraldsson 58’) , A.Thorsteinsson (S.Jorundsson 58’).
Spanja: B.Iribarne, I.Fresneda, A.Valle, A,Casas, Y.Gasiorowski, G.Gonzalo, M.Angel, V.Barbera (S.Omorodion 72’), I.Akomach, D.Perez (S.Diao 72’) , C.Palacios
Imwissija: B.Brynjolfsson 52’, E.Gudmundsson 57’, H.Haraldsson 83’ (IŻL)
Tkeċċa: B.Brynjolfsson (88’)
Skorjaw: Y.Gasiorowski 16’, V.Barbera 47’ (SPA), A.Thorsteinsson 90′ (IŻL)
Referee: Gergo Bogar (HUN)
Assistenti Referees: Theodoros Georgious (HUN), Facundo Rodriguez (ARĠ)
Partita kompletament iddominata mit-tim Spanjol b’ 65 % mill-pussess tal-ballun, bl-istilla tal-partita bla dubju jkun l-attakkant ta’ Barcelona Illias Akomach li kien l-protagonista u l-awtur taż-żewġ passes deċiżivi tal-gowls ta’ Gasiorowski u Barbera.
L-ewwel azzjoni tal-partita waslet għall-Ispanjoli permezz ta’ xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Manuel Angel, madankollu l-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit barra u ma toħloq l-ebda periklu għad-difiża tal-Iżlanda.
Spanja reġgħu ġew viċin sabiex jiftħu l-iskor din id-darba mill-azzjoni personali ta’ Akomach li xeħet kross perikoluż fil-kaxxa fejn sab il-Barbera fit-tarf tiegħu, madankollu l-attakkant ta’ Club Brugge ma rnexxielux jiskurja u tefa barra.
L-Ispanjoli fetħu l-iskor wara kwarta logħob permezz ta’ intervent mid-difensur ċentrali Yarek Gasiorowski minn korner preċiż tal-istilla tat-tim Spanjol Illias Akomach.
Azzjoni personali oħra ta’ Akomach fejn wara ġirja tajba mil-lemin ikkonkluda minn barra l-kaxxa bil-goalkeeper Petersson jsalva tajjeb ħafna u jitfa’ barra.
L-Iżlanda rrispondew tajjeb ftit minuti wara hekk kif Gudmundsson ittanta xortih mix-xellug bil-goalkeeper Iribarne jixhet barra għal korner.
Korner ieħor għall-Ispanjoli minn azzjoni għal darb’oħra maħluqa minn Akomach mil-lemin bix-xutt tiegħu jirriżulta f’save impekkabli ieħor ta’ Petersson.
L-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima waslet fil-44 minuta minn xutt ta’ Manuel Angel minn kross ta’ Gonzalo, bil-goalkeeper Petresson ikompli jkun l-unika tama għat-tim tiegħu u jixħet barra għal darb’oħra.
L-Ispanjoli kienu bla dubju l-aqwa tim fl-ewwel taqsima, fejn lagħbu l-logħba tipika tagħhom u żammew il-pusses, bit-tim tal-Iżlanda jipprova jattakka fuq il-kontrattakk
L-Ispanjoli ma damux ma rduppjaw l-iskor fit-tieni taqsima hekk kif fis-47 minuta Victor Barbera xeħet ġewwa minn suġġeriment ieħor ta’ Akomach.
Akomach fiċ-ċentru ta’ azzjoni oħra mil-lemin b’suġġeriment preċiż lejn is-sostitut Omorodion li ma rnexxielux jixħet fix-xibka minn ftit metri ‘l bogħod fis-77 minuta.
L-Iżlanda skurjaw gowl ta’ konsolazzjoni fid-90 minuta permezz ta‘ Agust Thorsteinsson minn suġġeriment ta’ Thorkelsson.
Rebħa importanti għal-Spanja hekk kif jitlgħu fl-ewwel post ta’ Grupp B wara l-ewwel logħba permezz tad-diferenza fil-gowls, bin-Norveġja fit-tieni post ukoll jissieltu għall-kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss.
It-tieni gowl ta’ Spanja skorjat minn Victor Barbera (Ritratt: Josef Fitzpatrick)
//= $special ?>