Huwa fatt magħruf kemm il-Maltin għandhom devozzjoni kbira lejn Lourdes; tant illi fl-aħħar ħames snin waslu minn Malta kien hemm 40,114-il passiġġier li żaru Lourdes.
U biex tkompli tiżdied ir-rabta bejn dawn iż-żewġ pajjiżi… issa l-lingwa Maltija hija preżenti fil-ħanut tal-kotba tas-Santwarju ta’ Lourdes permezz ta’ ktieb miktub minn awtur Malti.
Din hi aħbar tajba għall-eluf ta’ pellegrini Maltin li kull sena jżuru dan is-Santwarju għaliex f’dan il-ktieb huma jsibu riferenza għal dak kollu li jsibu f’Lourdes u fil-postijiet tal-madwar.
Normalment mill-bookshop tas-Santwarju jinbiegħu biss kotba bis-sitt lingwi uffiċjali tal-post; jiġifieri bil-Franċiż, bit-Taljan, bl-Ispanjol, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż u bl-Olandiż. Iżda issa, hemm ukoll għall-bejgħ il-ktieb tal-awtur Michael Caruana intitolat ‘Pass, Pass f’Lourdes u fil-madwar’.
Waqt żjara f’Lourdes, Michael Caruana preżenta kopja tal-ktieb tiegħu lil David Torchala, id-Direttur il-ġdid tal-Uffiċċju Komunikazzjoni tas-Santwarju. B’Torchala ifaħħar l-impenn ta’ Caruana u l-ħidma tiegħu favur is-Santwarju.
//= $special ?>