Edukazzjoni Lokali

“L-edukazzjoni hija pilastru għall-Partit Nazzjonalista” – Bernard Grech

Il-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jibqa’ jaħdem  sabiex is-settur edukattiv ta’ pajjiżna verament jitjieb u jimxi ‘il quddiem. Dan għaliex l-edukazzjoni huwa pilastru li fuqu tiddependi l-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’laqgħa mal-President tal-Union tal-Edukautri Professjonisti, Graham Sansone, illi saret fid-Dar Ċentrali.

Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista minn dejjem kellu għal qalbu dan is-settur tant kruċjali għal pajjiżna, u għalhekk jassigura li se jkompli jaħdem sabiex il-professjoni ta’ eduktur tingħata l-importanza li verament jixirqilha.

Fil-preżenza tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Justin Schembri, Bernard Grech tkellem dwar ir-responsabbilta kbira li għandhom fuq spallejhom l-edukaturi.. li xi kultant, sfortunatament, xgoħolhom ma tantx ikun apprezzat.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-UPE Graham Sansone tkellem dwar numru ta’ kwistjonijiet li għandhom bħala union fosthom fl-ITS minħabba diskrimniazzjoni li saret mal-ħaddiema…. kif ukoll nuqqas ta’ health and safety f’din l-istituzzjoni edukattiva.

Apparti dan, Graham Sansone tkellem ukoll dwar kemm il-professjoni ta’ edukatur, li sfortunatament qed tinżamm lura meta wieħed jikkomparaha ma’ professjonijiet oħra.  Ma naqasx ukoll li juri t-tħassib tiegħu dwar bosta problemi li jgħaddu minnhom l-edukaturi.. tant li fl-aħħar snin qed naraw nimru ta’ edukaturi iħallu l-iskola sabiex imorru jaħdmu f’setturi oħra.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll Gorg Muscat, għalliem u delegat tal-Union tal-Edukaturi Professjonisti.