Futbol Sport

UEFA CONFERENCE LEAGUE: Net Television jirbaħ id-drittijiet biex ixandar il-logħba ta’ Birkirkara

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Net Television kiseb id-drittijiet esklussivi biex ixandar b’mod dirett il-partita mill-UEFA Conference League bejn NK Maribor u Birkirkara FC.

Din il-partita ser tintlagħab fis-Slovenja nhar il-Ħamis 13 ta’ Lulju fid-9pm.

Net Television ser ikun l-uniku stazzjon li jxandar din il-logħba, u se jkompli jibni fuq is-suċċessi miksuba fl-aħħar snin b’xandiriet simili – trażmissjonijiet diretti li dejjem ikunu segwiti b’interess kbir.