Sport Sport Ieħor

Pool: Il-Malta Pool Association fil-Marokk għal kampjonati mondjali

Malta qed tiehu sehem fil-kampjonati mondjali tal-Pool f’Agadir fil-Marokk.

Il-Malta Pool Association qed tikkompeti b’ erba’ timijiet f’kampjonati li ser issiru għall-ewwel darba fil-kontinent Afrikan. Malta qed tieħu sehem fil-kateogirji ta’ l-irġiel, Taħt it-18 u 23 sena u ‘l fuq minn 50 sena.

It-tim tal-irgiel huwa magħmul minn Kevin Mercieca, Troy Zammit, Clayton Castaldi, Gary Carr, Ryan Pisani, Joseph Casha, Darren Schembri u Stephen Mangion.

It-team taż-żgħażagħ Taħt it-23 sena jinkludi lil Elcid Aquilina, Miguel Amato, Matthias Debono u Rudger Xerri.

It-tim taz-żgħażagħ Taħt it-18-il sena, champions Ewropej renjanti, huwa magħmul minn Steve Muscat, Nick Muscat, Jake Castaldi, Chaylon Castaldi u Nordai Desira.

It-tim nazzjonali A ta’ l’ Fuq minn 50 sena magħmul minn Brian Grech, Manuel Mallia, Marco Bonello, Stephen Scicluna, Antione Aquilina u Alfred Attard.

Carmel Cilia huwa manager tat-tim tal-irgiel, Vince Saliba ser imexxi t-tim ta’ Taħt 18-il sena, Noel Cassar dak ta’ Taħt it-23 sena u Pasquale Sciberras dak tat-tim ta’l-Fuq minn 50 sena.

Barra l-kampjonati tat-timijiet kull player ser jilgħab fil-kampjonati tad-dinja individwali, kompetizzjoni doubles kif ukoll fil- World Masters Tournament.

Vincent Degiorgio, segretarju ġenerali tal-Malta Pool Association kif ukoll Teżorier tal-federazzjonijiet Ewropej u Mondjali, huwa nkarigat mill-kontinġent Malti.

It-tim tal-Irġiel rebaħ rebħa kbira ta’ 16-5 fuq l-Iskozja filwaqt tilef 14-7 kontra l-Marokk.

It-tim Malti tal-Irġiel ikun impenjat aktar tard illum kontra Senegal u l-Afrika t’Isfel.

It-tim ta’ l-fuq minn 50 sena tilef 8-7 kontra l-Ingilterra iżda rebaħ 10-5 kontra l-Irlanda.

Aktar tard illum it-tim Malti ta’ ‘l fuq minn 50 sena jaffronta lil Awstralja u l-Irlanda ta’ Fuq.