Lokali

Preżentat filmat fil-Qorti li juri kif seħħ il-qtil ta’ Bernice Cassar

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud ġie ppreżentat filmat ta’ 44 minuta ta’ fejn seħħ id-delitt li fih Bernice Cassar ftit aktar minn seba’ xhur ilu f’Kordin. Meta kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra żewġha Roderick Cassar li jinsab mixli li fit-22 ta’ Novembru tal-2022, qatel lil martu Bernice b’żewġ tiri ta’ arma tan-nar f’Kordin, dan il-filmat flimkien ma’ evidenza oħra ġiet preżentata lill-Qorti.

Fil-xehed l-espert mqabbad mill-Qorti Dr Martin Bajada, wkoll dwar l-informazzjoni li nħarġet mill-mobiles ta’ Bernice u Roderick Cassar dakinhar li seħħ il-qtil. Qal li nġabru l-filmati kollha mill-cameras kollha tas-sigurta’ u filmati oħrajn f’Kordin, fejn seħħ id-delitt, u l-Qrendi minn fejn kien ġie arrestat l-akkużat.

Inġabru wkoll filmati mill-bodycams tal-Pulizija. Dr Bajada, speċjalista tal-IT, xehed dwar l-inkarigu tiegħu li nbgħata mill-Qorti u preżenta il-filmat ta’ kif seħħew l-affarijiet dakinhar tad-delitt. Fis-seduta seħħ battibejkk bejn Dr. Angele Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wara li l-prosekuzzjoni riedet li ttella’ prova tal-bidu tal-proċeduri fis-separazzjoni bejn Bernice u Roderick Cassar.

Il-Maġistrat Mifsud qal li din il-prova missha kellha tinġieb fil-bidu biex ma jkunx hemm dewmien fil-kumpilazzjoni tal-provi tax-xhieda. Il-każ ikompli jintema’ fl-1 ta’ Awwissu b’aktar xhieda mill-prosekuzzjoni hekk kif ix-xhieda ewlenin issa waslu fil-final.

L-Avukati mill-Uffiċċju tal-Avukjat Ġenerali, Angele Vella u Darlene Grima assistew lill-Ispetturi Wayne Camilleri, Shaun Pawney u Paul Camlleri. L-avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi, Marion Camilleri u Jacob Magri kienu l-avukati difensuri. L-avukati Stefano Filletti, Marita Pace Dimech, Ann Marie Cutajar u Rodianne Sciberras dehru bħala parte civile