‘Threads’ hija applikazzjoni ġdida simili ta’ Twitter li se tiġi mnedija nhar il-Ħamis, minn Mark Zuckerberg, is-sid ta’ Meta.
Din l-applikazzjoni li se tkun ibbażata fuq konverżazzjonijiet, hija l –aħħar waħda minn sensiela ta’ atti ta’ rivalità bejn Zuckerberg u Elon Musk, l-owner ta’ Twitter.
Waqt li ħafna nies li jużaw twitter qed jaffaċjaw numru ta’ restrizzjonijiet fuq l-applikazzjoni bl-għan li huma jissieħbu għas-servizz ta’ Twitter Blue (servizz bi ħlas) Threads tidher li se tkun applikazzjoni b’xejn.
Għalkemm kien hawn ħafna applikazzjonijiet rivali għal twitter li tfaċċaw fl-aħħar snin fosthom anka Truth Social, il-pjattaforma soċjali ta’ Donald Trump, Threads tista’ tkun l-akbar sfida għal Twitter, hekk kif din l-applikazzjoni se tkun parti minn pjattaforma oħra – dik ta’ Instagram.
Threads hija applikazzjoni ta’ Meta għalhekk se tkun qed tiġbor data min fuq il-mobile tal-persuni bħal- location data, ix-xiri online kif ukoll il-browsing history.
Threads mhux se tkun l-ewwel applikazzjoni ikkupjata li Mark Zuckerberg nieda, ħafna jqabblu Meta Reels ma’ TikTok kif ukoll Stories ma’ Snapchat.
//= $special ?>