Il-bajjiet Għawdxin tar-Ramla l-Ħamra, Ħondoq ir-Rummien u Marsalforn, reġgħu kisbu l-Blue Flag. Dan ifisser li dawn il-bajjiet laħqu standards għoljin f’erba’ kategoriji ewlenin – il-kwalità tal-ilma, l-immaniġġjar tal-ambjent, l-edukazzjoni ambjentali, u s-sigurtà fil-bajja.
Fl-aħħar ġimgħat…bi preparazzjoni għall-istaġun tas-sajf….sar xogħol fit-torri li jintuża mil-lifeguards fil-bajja ta’ Marsalforn u żdiedu faċilitajiet ġodda fil-bajja tax-Xwejni. Dan apparti l-faċilitajiet fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra u Ħondoq ir-Rummien.
Fil-każ tal-Bajja tax-Xwejni żdiedu tabelli ġodda ta’ informazzjoni; għalkemm sa issa għad mhemmx servizz ta’ lifeguard.