It-Tlieta għall-ħabta tas-sagħtejn seħħ inċident f’binja fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur.
Mill-ewwel investigazzjonijiet ġie żvelat li żewġt irġiel Torok ta’ 51 sena u ta’ 39 sena, li jgħixu n-Nadur stess, sofrew xi ġrieħi wara li waqa’ scaffolding li kienu qed jaħdmu fuqu.
Il-vittmi ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġew ċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>