Illum pajjiżna qed ifakkar 112 -il sena mit-twelid tal-eks Prim Ministru u eks Kap tal-PN Ġorġ Borg Olivier – missier Malta Indipendenti.
Borg Olivier kien ikkontesta f’għaxar elezzjonijiet ġenerali (1939; 1947; 1950; 1951; 1953; 1955; 1962; 1966; 1971; 1976). Hu kien elett f’kull elezzjoni li kkontesta.
F’dawn l-għaxar elezzjonijiet, Ġorġ Borg Olivier ikkontesta f’19-il distrett. Għaxar darbiet fl-Ewwel Distrett: tliet darbiet ir-Raba’ Distrett: darbtejn is-Seba’ Distrett: tliet darbiet id-Disa’ Distrett u darba l-Ħdax-il Distrett.
F’dawn l-għaxar elezzjonijiet, b’kollox Borg Olivier kiseb 41,367 vot – medja ta’ 4,136 vot f’kull elezzjoni. Wieħed irid jirrimarka li bejn l-ewwel elezzjoni li kkontesta Borg Olivier fl-1939, u l-aħħar waħda li kkontesta fl-1976, l-elettorat kiber minn 47,000 għal 217,000 – żieda ta’ aktar minn erba’ darbiet u nofs.
Borg Olivier kiseb l-akbar numru ta’ voti f’elezzjoni waħda propju fl-aħħar wa ħda li kkontesta, fl-1976, meta b’kollox kiseb 7,090.
Ġorġ Borg Olivier mexxa lill-PN f’seba’ elezzjonijiet ġenerali u żewġ referenda. F’kull wieħed minn dawn l-appuntamenti elettorali, is-sehem tal-Partit Nazzjonalista fil-voti miksuba baqa’ dejjem jikber b’dan il-mod: 1939: 39,946; 1953: 45,180; 1955: 48,514; Ref: 1956: 62,440: 1962: 63,262; Ref. 1964: 65,714; 1966: 68,656; 1971: 80,753; 1976: 99,551.
//= $special ?>