Sewwieq ta’ mutur, Indjan ta’ 25 sena minn Ħal Safi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fil-bypass tal-Imrieħel – każ li seħħ għall-ħabta tas-7am.
Il-mutur intlaqat minn karozza fil-karreġjata direzzjoni lejn il-Marsa, fejn il-vettura misjuqa minn Indjan ta’ 23 sena residenti l-Fgura spiċċat tħares fid-direzzjoni lejn Ħ’Attard.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li s-sewwieq tal-karozza tilef il-kontroll, daħal f’arblu li kien fuq central strip u spiċċa qabeż għal fuq il-karreġjata direzzjoni lejn il-Marsa, fil-mument li s-sewwieq tal-mutur kien qed isuq fl-istess direzzjoni.
Fil-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza, illi wara li taw l-ewwel għajnuna, ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
