Is-sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit spiċċa jgħajjar lin-nies papri fuq il-media soċjali.
Dan wara li fl-aħħar sigħat, diversi residenti Beltin esprimew id-diżappunt tagħhom li għal darb’oħra t-tfassil ta’ attività privata okkupat il-wesa’ kollha ta’ Triq Nofsinhar b’ostaklu għall-pubbliku.

Minn naħa tiegħu, minflok wera’ solidarjeta’ mar-residenti, Alfred Zammit feraħ lis-sidien żgħażagħ għal din l-inizjattiva nobbli u appella lill-poplu sabiex jinfurmaw ruħhom qabel jiġġudikaw is-sitwazzjoni.
//= $special ?>