Impenn għall-Ħarsien tal-Annimali Lokali

Animal Honours Awards – simbolu ta’ grazzi, ċelebrazzjoni ta’ mħabba

L-Erbgħa filgħodu ġiet imnidija it-tielet edizzjoni tal-Animal Honour Awards, opportunità unika biex niċċelebraw il-ħidma ta’ ħafna nies iddedikati lejn l-annimali.

Alison Bezzina, il-Kummisarju għat-trattament xieraq tal-annimali, qalet li dawn l-awards huma waħda mil-armi biex niġġieldu il-ħafna negativita’ li hawn rigward it-trattament tal-annimali. Minkejja li hawn ħafna moħqrija, negliġenza u abandun fir-rigward tal-annimali, hija saħqet li ma riedux naqtgħu qalbna.

In-nomminazzjonijiet għal Animal Honours Awards ser jifħu l-Erbgħa 5 ta’ Lulju u jgħalqu fid-19 ta’ Lulju. Is-sena l-oħra kien hemm iktar minn 450 nominazzjoni, u din is-sena in-numru huwa mistenni li jkun simili.

Kulħadd huwa mħeġġeg biex jinnomina kemm persuni kif ukoll annimali li ħaqhom rikkonoximent. In-nomminazzjonijiet huma maqsuma fi-tnejn, sitta ddedikati għal-annimali u sitta oħra lejn il-bnedmin.

Fost in-nomminazzjonijiet hemm nomina għal l-iktar annimali inteliġenti,l-aqwa annimal bl-uniformi, kif ukoll l-aqwa annimal f’razzett fost oħrajn, waqt lin-nominazjonijiet huma wkoll miftuħa għall- aqwa veterinar, l-aqwa raħħal u l-aqwa voluntier fost oħrajn.

Kulhadd huwa mħeġġeġ biex jissottometti n-nominazzjonijiet tiegħu fuq is-sit tal-agrikoltura, biex b’hekk tkun onorata r-rabta sabiħa bejn l-annimal u l-bniedem.