Futbol Sport

Carlo Ancelotti se jsir kowċ tal-Brażil f’Ġunju tas-sena d-dieħla

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti se jieħu f’idu t-tim nazzjonali tal-Brażil wara li l-kuntratt tiegħu mal-Madrileni jispiċċa fis-sajf tal-2024. Dan kien ikkonfermat mill-President tal-Federazzjoni Brażiljana Ednaldo Rodrigues.

Is-Selecao jinsabu kunfidenti li t-Taljan ikun fil-kariga fil-ħin għall-Copa America li jmiss f’Ġunju tas-sena d-dieħla.

Rodrigues qal li l-kowċ ta’ Fluminese Fernando Diniz se jkun qed jieħu ħsieb il-Brażil sakemm jasal iż-żmien li jieħu f’idu t-tmexxija Ancelotti.

Il-5 darbiet champions tad-dinja ilhom mingħajr kowċ sa mit-Tazza tad-Dinja li għaddiet wara li Tite irriżenja wara li l-Brażil ġew eliminati mill-Kroazja fil-Kwarti tal-Finali.

Ancelotti se jkun l-ewwel kowċ mhux Brażiljan li se jkun qed imexxi lill-Brażil sa mill-1965 meta fil-kariga kien l-Arġentin Filpo Núñez.