Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Jai Hindley jirbaħ il-ħames stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Fil-ħames stadju tat-Tour de France fuq rotta ta’ 163 kilometru bejn Pau u Laruns, suċċess għall-Awstraljan Jai Hindley ta’ Bora Hansgrohe. Huwa rebaħ fi 3 sigħat 57 minuta u 7 sekondi.

Distakk ta’ 32 sekonda fuq Giulio Ciccione tal-Italja għal Lidl Trek, Felix Gall tal-Awstrija għal AG2R Citroen Team u l-Ġermaniż ta’ Bora Hansgrohe Emmanuel Buchmann.

Fil-ħames post b’distakk ta’ 34 sekonda temm Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Jumbo Visma.

Fil-klassifika ġenerali wara l-ħames stadju, tela’ l-Awstraljan Jai Hindley b’total ta’ 22 siegħa 15 il-minuta u 59 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 47 sekonda fuq id-Daniż Jonas Vingegaard u minuta u tlett sekondi fuq it-Taljan Giulio Ciccione.

Is-sitt stadju tat-Tour huwa minn Tarbes sa Cauterets-Cambasque fuq distanza ta’ 145 kilometru.