Lokali

Għaddas jitlef ħajtu wara li spiċċa f’diffikultà fiċ-Ċirkewwa

Traġedja fiċ-Ċirkewwa wara li sfortunatament għaddas Iżraeljan ta’ 50 sena tilef ħajtu wara li għal xi raġuni spiċċa f’diffikultà.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi ġew imsejħa fil-post hekk kif ir-raġel spiċċa f’diffikultà waqt li kien jinsab fil-baħar.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li huwa ttella’ l-art minn xi persuni li kienu fl-inħawi tad-Diver’s Site fejn huwa ngħata s-CPR fil-post.

Madanakollu, filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, sfortunatament tilef il-battalja mal-mewt ftit tal-ħin wara.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li ħatret inkjesta.