Internazzjonali

Il-Ġermanja: Il-komunità tal-Lhud tiċċelebra l-kisba lura ta’ patrimonju li kien inqered taħt in-Nażisti

Ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni għamlu sejba interessanti – u ta’ valur kbir storiku – fix-Xmara Isar u li mill-ġdid qed tfakkar f’meta d-dittatur Nażista Adolf Hitler, 85 sena ilu, kien ordna l-qerda tal-akbar sinagoga fi Munich.

Ir-rapporti qalu li s-sejba tinvolvi xi kolonni tas-sinagoga u tabella tal-ġebel li turi wħud mill-Għaxar Kmandamenti – bil-komunità tal-Lhud tesprimi ferħ u sodisfazzjon talli qed tikseb lura parti mill-patrimonju tagħha.

Jaħsbu li l-fdalijiet tal-bini storika kienu ilhom mgħarrqin fix-xmara, minn ħdax-il sena wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Qabel is-sejba ma kien hemm l-ebda sinjal tal-bini li kienet twaqqgħet fl-1938 fuq l-ordnijiet ta’ Hitler li kien fissirha bħala ‘xi ħaġa li tweġġa’ l-għajnejn’.

Ftit xhur wara d-direttiva kien beda l-pogrom – jew l-attakki sistematiċi tan-Nażisti fuq is-sinagori, in-negozji tal-Lhud u l-membri tal-komunità Lhudija madwar il-Ġermanja, bħala parti minn proċess brutali magħruf bħala l-Kristallnacht,