Lokali

ILLUM: Id-dibattitu fil-Parlament li ġie sfurzat mill-Oppożizzjoni

“Irridu ġustizzja sħiħa. Irridu l-verità kollha. Isabelle għandha d-dritt għall-verità kollha. Hekk biss nistgħu nitgħallmu u  nevitaw traġedji simili.”

Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif il-Ħamis se ssir diskussjoni dwar il-mozzjoni sfurzata mill-Partit Nazzjonalisa dwar it-talba ta’ omm Jean Paul Sofia biex issir Inkjesta Pubblika. Dan sabiex toħroġ il-verità kollha dwar kull nuqqas li kien hemm fis-sit fejn miet traġikament Jean Paul.

Bernard Grech aċċenna għall-fatt illi f’sitwazzjoni normali, il-vot dwar il-mozzjoni jittieħed bi qbil eżatt wara d-diskussjoni .. iżda f’dan il-każ il-Gvern ta’ Robert Abela qed jirreżisti li l-vot jittieħed il-Ħamis stess.

Bernard Grech sostna li għalkemm Robert Abela ma jridx jingħaqad u jaħdem flimkien u irid jibqa’ jimplika ma’ qalb ta’ omm li trid biss il-verità kollha, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jinsisti sabiex tinstema’ il-karba ta’ omm Jean Paul Sofia utinħatar inkjesta pubblika li tgħin biex filwaqt li tkun għaddejja l-Inkjesta Maġisterjali, ikun assigurat li traġedja bħal din ma terġax tirrepeti ruħha; bil-għan li l-ebda omm ma tgħaddi mill-istess uġigħ.

Jean Paul Sofia huwa iż-żagħżugħ li tilef ħajtu kiesaħ u biered nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru li għadda wara li nqabad taħt it-tifrik tal-binja li ġġarfet f’Kordin.

Ritratt: Joseph Galea
Ritratt: Joseph Galea

Kien għalhekk illi l-Erbgħa wara nofsinhar, omm iż-żagħżugħ Isabelle Bonnici  kienet barra l-parlament itenni l-appell tagħha kienet barra l-Parlament itenni l-appell tagħha waqt li qasmet ta’ ittra lid-deputati kollha tal-kamra għal Inkjesta Pubblika – bil-għan li toħroġ il-verità kollha u ssir ġustizzja sħiħa.

Meta tkelmet ma’ Net News, omm Jean Paul Sofia sostniet li din il-kwistjoni m’għandhix tintuża bħala ballun politiku.

Ritratt: Joseph Galea

Dan filwaqt illi fi kliem Isabelle Bonnici, hija biss inkjesta pubblika li tħares sabiex inċidenti bħal dawn ma jerġgħux isiru.

Intant meta Net News staqsa lid-deputati tal-Gvern kif ser jivvotaw fil-Parlament, ħareġ ċar li l-Gvern Laburista ser ibqa’ jsabbat saqajh u jinsisti li ma ssirx Inkjesta Pubblika.

Ritratt: Joseph Galea
Ritratt: Joseph Galea
Ritratt: Joseph Galea