Albert Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal 10 snin lil dawk il-koppji li jixtru l-ewwel dar tagħhom wasslet biex żdiedu l-prezzijiet tal-propjetà.
Hu qal li l-aħħar rapport mill-NSO juri li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-prezzjijiet tal-propjetà reġgħu żiedu b’6.6% fuq is-sena li għaddiet; l-aktar żieda kienet fil-prezzijiet tal-appartamenti.
Dan l-istħarriġ isegwi dak studju ieħor li sar minn Grant Thorton u Dhalia fejn dawn sabu li huma diversi koppji żgħażagħ li mhux possibbli għalihom li jixtru darhom.
Jirriżulta li l-prezzijiet bejn 2013 u 2022 żiedu bi 100% fejn propjetà b’żewġ kmamar tas-sodda, li fl-2013 kienet tiswa €120,000 issa saret tiswa €240,000.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-aħħar baġit, il-gvern ħabbar li se jagħti għotja ta’ €1,000 fis-sena għal 10 snin lil dawk il-koppji li jixtru l-ewwel dar tagħhom.
Kienu diversi dawk, fosthom il-PN, li ġibet l-attenzjoni li din l-għotja, għalkemm hija sabiħa u tajba fih innifisha u aħjar minn xejn imma fir-realtà se twassal biex ikun hemm żieda fil-prezzijiet.
Anke Robert Abela kien wissa’ lis-sidien biex ma jgħollux il-prezzijiet. Propju dan li ġara, kif juri dan l-aħħar stħarriġ tal-NSO fejn għal darb’ oħra, il-Gvern Laburista ra sal-ponta ta’ imnieħru.
Il-gvern spiċċa biex ġab il-ġebla f’saqajn dawk il-kopji ġodda li jixtiequ jixtru l-ewwel dar tagħhom. Dan kien diġa’ gara fi 2014 meta l-gvern tal-ewwel għotja.
Kien il-Bank Centrali stess li stqarr li wieħed mill-kawzi ta’ din iż-żieda kienet propju din l-għotja. Sfortuntament, numru ta’ żviluppaturi u sidien ta’ propjetà irraġunaw li jekk il-gvern kien se jgħin lill-koppji, allura riedu jbillu subajhom huma wkoll.
Albert Buttigieg qal li l-gvern ma tgħallimx u reġa’ kien il-kawża ta’ dawn iż-żidiet. Iż-żieda tal-propjetà qed toħloq mhux biss sitwazzjoni ta’ diffikultà kbira biex dawn il-kopji jixtru l-ewwel dar tagħhom imma dan qed iwassal għal ansjetà u problemi soċjali oħra fost l-istess koppji.
Id-deputat Nazzjonalista qal li b’hekk il-livell ta’ għajxien tagħhom qed ibati flimkien mal-kwalità tar-relazzjoni ta’ bejniethom. Diversi koppji mhux qiegħed ikollu kwalità ta’ ħin għal xulxin għaliex minn xogħol għall-part-time biex ilaħħqu mal-ispejjez tagħhom.
Skont l-NSO kien hemm żieda ta’ 9.% fuq dawk li huma full-time imma qed jagħmlu wkoll part-time. Il-proposta tal-PN hi li minflok jingħata għotja ta’ flus, kien ikun ferm aktar għaqli, li jagħti sussidju fuq l-interessi tas-self mill-bank.
B’hekk il-prezz mitlub mis-siden ma jitmissx u ma jkunx hemm talba għal żieda mis-sidien. Min-naħa l-oħra, anke fid-dawl li l-interessi tal-bank qed jiżdiedu, dan ikun qiegħed aktar jgħin lil dawn il-koppji. L-interessi tal-loans huma ta’ piż fuq il-ħajja tal-koppji. Din mhijiex xi skema fl-arja għaliex kienet skema li fl- 2012, meta hu kien Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, kienet iddaħħlet.
Id-deputat Nazzjonalista stieden lill-gvern li kif għamel u turn u aċċetta l-iskema ‘Kiri’ wara li tant kien ikkritika, jagħmel hekk ukoll fuq din l-iskema.
L-interessi tas-self tal-banek mhux biss jiekol mid-dħul tal-koppja imma anke jiekol mill-kwalità tal-għajxien tal-ħajja tal-istess koppja. Meta hawn koppji li r-relazzjoni ta’ bejniethom biex ta’ kwalità tajba u mhux matura, ifisser li se jkun hawn soċjetà b’diversi problemi soċjali u umani. Il-kwalità tal-għajxien tar-relazzjoni tal-koppji tiddependi l-kwalità tas-socjetà issa u ‘l quddiem, sostna Albert Buttigieg.
//= $special ?>