Sport Waterpolo

Marsaskala jikkonfermaw post fil-Kampjonat Premier b’rebħa fuq Exiles

(Ritratt: Martin Agius)

EXILES WELBEE’S………………. 12
MARSASKALA ESC……………..14
(3-2), (3-4), (5-3), (1-5)

Il-bieraħ fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq tkompla l-Kampjonat BOV tal-waterpolo

B’gowl fi tmiem il-partita minn Daniel Tully, Marsakcala għelbu lil Exiles 14-12 biex żammew posthom fil-Kampjonat Premier.

Partita deciżiva għaż-żewġ timijiet l-aktar wara li Exiles għalqu l-ewwel sessjoni 3-2 fil-vantaġġ b’żewġ gowls minn Valentino Gallo. It-tieni sessjoni rat reazzjoni minn Marsaskala li marru 6-4 fil-vantaġġ b’żewġ gowls minn Bence Batori li iżda fi tmiem is-sessjoni tkeċċa fuq protesti.

Fit-tielet sessjoni Sean Xerri deCaro għamilhom 6-6 sakemm Exiles marru 11-9 fil-vantaġġ b’Gallo jiskorja l-ħames gowl tiegħu.

Fl-aħħar sessjoni b’Guillermo Molina fouled out għal Exiles, waslet ir-reazzjoni minn Marsascala li mmexxija minn Arpad Babay skorjaw darbtejn minn Ciantar, Ferenc Salamon bit-tielet gowl personali biex għar-reazzjoni minn Exiles irrisponda Daniel Tully għal Marsaskala bl-aħħar gowl biex għalaq il-partita 14-12 u kkonferma post fil-Premier għal Marsaskala.

Referees tal-partita kienu Ronnie Spiteri u Attilio Paoletti.

Exiles: F. Buhagiar, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, V. Gallo (5), G. Molina (1), S. Xerri de Caro (1), M. Fenech (1), K. Griscti (1), N. Paris, M. Martellacci (1), M. Aquilina (2)

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, J. Pace Mizzi, R. Greco, F. Salamon (3), K. Navarro, D. Tully (1), D. Pace Lupi (1), G. Sammut, J. Ciantar (4), M. Carani (1), A. Muscat, B. Batori (4), F. Scardino

TA’ XBIEX AMIGOS…………….. 10

OTTERS NIVEA…………………….10

(3-1), (4-1), (3-4), (0-4)

Otters Nivea salvaw punt minn konfront li għal ħafna ħin deher mitluf. Dan kien l-ewwel punt miksub għaż-żewġ timijiet fil-Grupp Preliminari, biż-żewġ timijiet se jkomplu l-istaġun fl-Ewwel Diviżjoni.

Uros Vasic ta vantaġġ doppju lil Ta’ Xbiex Amigos, liema vantaġġ kiber għal 6-1 u 7-2 rispettivament fit-tieni sessjoni. Sa kważi nofs it-tielet sessjoni, Ta’ Xbiex kellhom vantaġġ komdu ta’ 9-3 iżda hawn bdiet ir-rimonta ta’ Otters.

Gowls minn Luigi Dimech, Marko Jelaca u Jovan Saric minn penalty naqqsu d-distakk għal tliet gowls, b’Kristijan Milakovic iħalli lil Ta’ Xbiex 10-6 minn fuq qabel l-aħħar sessjoni.

Il-veteran Jelaca fetaħ il-logħba b’doppjetta fil-bidu tal-aħħar sessjoni. Andrea Bianchi naqqas id-distakk għal gowl u ż-żagħżugħ Luigi Dimech ġab id-draw lejn nofs l-aħħar sessjoni.

Kien għad fadal ħafna ħin x’jintlagħab u saħansitra ż-żewġ kowċis sejħu time-out biex jippruvaw skema li fiha jirbħu l-logħba iżda ma rnexxielhomx isibu l-gowl tar-rebħa, b’Otters joħorġu kuntenti aktar li kisbu punt minn logħba li dehret mitlufa.

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, N. Schiavone (1), L. Montebello Brownrigg, L. Grech Carr, K. Grech, R. Mock, J. Saliba, K. Milakovic (2), U. Vasic (5), J. Culic, Z. Bartolo, J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva (2), K. Agius

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, D. Dimech, M. Meli, M. Jelaca (4), I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (2), J. Saric (3), M. Farrugia, A. Dimech, M. Grech, A. Bianchi (1)

Referees: Tiziano Petrini, Stefan Licari

MARSAXLOKK BROWN’S….. 33

BARRACUDAS…………………….. 13

(7-5), (6-3), (10-2), (10-3)

Marsaxlokk Brown’s kisbu rebħa kbira kontra Barracudas iżda r-riżultat finali ma kienx biżżejjed biex iwassalhom għal post fil-Kampjonat Premier. Konxji mir-rebħa ta’ Marsaskala aktar qabel fil-ġurnata, Marsaxlokk kienu jafu li riedu rebħa enormi biex iżżommhom b’ċans.

Protagonist assolut kien Nikola Moskov li skorja xejn anqas minn 20 gowl fil-logħba. Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni 7-5, b’Moskov jiskorja l-gowls kollha. Għal Barracudas Ivan Gusarov skorja tripletta u Radovan Latinovic skorja ż-żewġ gowls l-oħra.

Mal-mument li x-Xlukkajri ħadu vantaġġ ta’ 12-5 deher diffiċli biex jitilfu l-logħba u l-attenzjoni marret fuq b’kemm se jirbħu l-logħba. Fit-tielet sessjoni Marsaxlokk skorjaw għaxar gowls, b’Moskov jiskorja nofshom. L-istess xena ġiet replikata fl-aħħar sessjoni, b’Moskov kompla jkun protagonist b’ħames gowls oħra, gowls li servew biss għar-rekord personali.

Marsaxlokk: M. Farrugia, C. Cutajar, B. Zammit, M. Farrugia, N. Moskov (20), J. Valletta (3), M. Zammit, M. Aquilina, S. Misic (5), E. Bonnici, L. Mallia (4), M. Brimmer, A. Cook (1), N. Lanzon

Barracudas: I. Schembri, P. Caruana Turner, K. Cauchi, P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino (1), I. Gusarov (6), R. Latinovic (4), C. Bugeja (1), S. Apap, A. Mifsud, T.J. Mifsud, L. Abela, T. Perici Ferrante (1), W. Ruggier

Referees: Tiziano Petrini, Richard Magri

Riżultati:

Ta’ Xbiex Amigos 10-10 Otters Nivea
Marsaskala 14-12 Exiles Welbees
Marsaxlokk Brown’s 33-13 Barracudas