Il-midfielder internazzjonali Malti Matthew Guillaumier m’għadux iktar plejer ta’ Hamrun Spartans Football Club, wara li fl-aħħar jiem intlaħaq ftehim biex jiġi rilaxxat.
L-aħbar tasal hekk kif il-plejer ta’ 25 sena qed jistinka biex jerġa’ jibda esperjenza barra minn pajjiżna.
Li l-Plejer tas-Sena tal-istaġun li għadda kien se jħalli lil Hamrun Spartans Football Club kien sigriet magħruf, tant li fis-6 ta’ Ġunju Replay kien diġa’ rrapporta li kien hemm inċertezza dwar il-futur tiegħu. Fl-aħħar jiem, Guillaumier ma kienx imsejjaħ lanqas għal-logħba ta’ ħbiberija kontra Birkirkara F.C.
Matthew Guillaumier diġa’ kellu żewġ eseprjenzi barra minn Malta, fl-Italja. Fl-istaġun 2013/14 hu kien misluf lil Empoli FC mingħand St.Andrews FC, waqt li għall-aħħar parti tal-istaġun li għadda lagħab b’self ma’ Acn Siena 1904.
//= $special ?>