Il-Qorti ċaħdet it-talba għal danni morali fil-konfront taż-żagħżugħ akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ uffiċjal tal-pulizija f’hit-and-run tal-2018. Liam Debono, li qed jistenna biex jgħaddi ġuri għall-attentat ta’ qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri fejn allegatament saq minn fuqu fl-2018, kien ippreżenta rikors kostituzzjonali fejn argumenta li d-dritt tiegħu għal proċess ġust diġà nkiser, u talab danni morali.
Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha preseduta mill-Imħallef Grazio Mercieca iddikjarat li Debono naqas li juża’ l-għodda proċedurali li tagħtih il-liġi ordinarja, u għalhekk din it-talba kellha ssir lill-Qorti Kriminali l-ewwel.
“Dan jagħti lok biex din il-Qorti tirrifjuta li teżerċità l-poteri tagħha għaliex kif issostni b’mod konsistenti hija Qorti ta’ l-aħħar għażla (last resort). Huwa abbuż li issa daħal sewwa fil-prassi tal-fora tagħna li wieħed jgħaġġel u jiftaħ kawża kostituzzjonali bla ma l-ewwel jirrikorri għall-proċeduri taħt il-liġi
normali.
L-Imħallef Mercieca qal li dan hu abbuż serju li bbanaliżża għal kollox il-proċess straordinarju quddiem
il-Qrati bħala għassiesa tal-jeddijiet fundamentali u jwassal għal ħafna telf ta’ żmien u enerġija prezzjużi b’detriment ta’ ċittadini oħrajn li jkollhom kawżi oħra quddiemhom.
Dan, kompla jgħid li apparti li l-Istat ma kellu assolutament xejn x’jaqsam mal-aġir tal-avukat patroċinatur ta’ Debono. L-ilment l-ieħor huwa li l-pubbliċita` fil-media tagħti lok li l-ġurati se jkunu preġudikati kontrih.
Il-Qorti qalet l-istess Debono ma ressaqx dan l-ilment quddiem il-Qorti penali, kif għandu kull dritt li jagħmel. Anke hawn huwa m’użax l-għodda li tagħih il-liġi ordinarja. Debono, ta’ 20 sena, qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs talli kiser il-probation, u projbizzjoni tas-sewqan waqt li kien fuq libertà proviżorja wara li ġie mixli li kkaġuna diżabilita permanenti lill-uffiċjal tal-pulizija bil-karozza tiegħu f’inċident ta’ hit-and-run.
Debono għamel żewġ ilmenti dwar id-dritt tiegħu għal smigħ ġust fil-każ li ressaq kontra l-Avukat tal-Istat. Fir-rikors fil-qorti li kien ressaq l-ilment tiegħu permezz tal-avukat Joe Brincat. Debono kien akkuża lill-eks avukat tiegħu, li “ma riedx jidher għalih u li rrifjuta u li jagħtih l-aċċess biex ikun jista’ jinvolvi lil xi ħadd ieħor.”
L-ebda avukat ieħor ma ried jieħu f’idejh il-każ biex jagħmel dan, peress li dan kien ifisser ksur tal-Kodiċi tal-Etika. Aktar tard l-Avukat Brincat ħa l-każ f’idejh. Għal xi żmien wara li tneħħa mill-avukat tiegħu, Debono kien megħjun minn avukat tal-għajnuna legali, iżda dan kien limitat għal seduti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u ma kellu l-ebda awtorizzazzjoni biex jagħmel appell, huwa qal.
Dan, sostna Dr. Brincat, ċaħħad lil Debono mill-possibbiltà li jressaq appell kontra s-sentenza ta’ ħabs tiegħu. L-akkużat lanqas ma rċieva proċess ġust fil-każ fejn kien akkużat li kiser il-probation sostna l-avukat, peress li “dan ġab miegħu l-preżunzjoni ta’ ħtija, aktar milli l-innoċenza.”
Simon Schembri kien kważi nqatel meta ttajjar mix-xufier li dak iż-żmien kien taħt l-età, meta kien sofra ġrieħi garvi fil-pulmun u ksur fil-pelvi u l-kustilji. Id-driegħ tal-lemin ta’ Schembri kellu jiġi amputat taħt il-minkeb riżultat tal-ġrieħi li ġarrab.
L-uffiċjal sofra wkoll ħruq qawwi bil-frizzjoni minn ħaddejh sa żaqqu minħabba li tkaxkar għal distanza konsiderevoli mill-Mercedes kulur il-fidda li s-sewwieq kien allegatament isuq. Il-każ xokkanti kien ingħata rċieva coverage sew minn naħa tal-midja dak iż-żmien.
Dr. Brincat sostna li f’Malta kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali tal-bniedem jistgħu jitqajmu wkoll b’antiċipazzjoni ta’ ksur. L-avukat sostna li l-klijent tiegħu kien ukoll is-suġġett ta’ “bumbardament tal-midja” u l-każ tiegħu kien ġie kkummentat b’mod estensiv kemm mill-ġurnalisti kif ukoll mill-qarrejja onlajn.
Irrimarka li fl-Italja hemm proċedura li permezz tagħha jekk jintlaħaq ċertu livell ta’ animożità pubblika lejn persuna akkużata, dik il-persuna tiġi pproċessata f’ġurisdizzjoni interna differenti, iżda qal li dan ma kienx possibbli f’Malta.
L-akkużat qal li kien importanti li l-ġurati potenzjali ma jiġux influwenzati b’mod negattiv minn dak li qraw u semgħu “b’ċerta insistenza, filwaqt li żied li dan japplika b’mod partikolari għal ċirkostanzi fejn qabel tibda l-ġurija, il-gazzetti u ħwienet oħra tal-aħbarijiet isiru konxji u għalhekk agħmel enfasi fuq il-prova li jmiss.
Huwa qal li kien inutli li jkun hemm imħallef mgħallem li jżomm lilu nnifsu ħieles mill-preġudizzju meta l-ġurati jkunu qed jiġu influwenzati kontra l-akkużat. Dr. Brincat qal li hu stess kien qed joqgħod attent biex ma jsemmix fl-applikazzjoni tiegħu, dettalji li mbagħad titfa’ fuqhom l-istampa.
“Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni huwa suġġett ukoll għal restrizzjonijiet li huma d-drittijiet ta’ partijiet terzi u l-protezzjoni tagħhom. Fost dawn id-drittijiet protetti hemm dak ta’ proċess ġust. Ma jistax ikollok proċess ġust fejn iċ-ċirkustanzi tal-inċident li bih qed jiġi akkużat Liam Debono qed jiġu mmarkati kontinwament dwar,” qal l-Avukat Brincat.
Għal dawn ir-raġunijiet kien talab lill-qorti biex tiddikjara ksur tad-dritt għal proċess ġust u ksur tad-dritt tal-appell f’materji kriminali u tipprovdi rimedju, flimkien ma’ danni morali. L-avukat talab ukoll lill-qorti biex “tiddikjara b’mod preventiv” li l-akkużat aktarx mhux se jirċievi proċess ġust minħabba l-preġudizzji li nbnew kontrih u biex il-qorti tipprovdi għal dan kif xieraq sabiex jiġi evitat ksur ulterjuri tad-drittijiet umani fundamentali tiegħu.